Ġimgħa wara ġimgħa, QRIBEK żar bosta lokalitajiet, rajna diversi proġetti u tkellimna ma’ bosta dwar ħidmet il-Kunsill Lokali. L-aħħar programm minn din is-sensiela se jeħodna r-raħal pittoresk tal-Kalkara.
Hawnhekk, il-krew tal-programm kellu ċ-ċans li jara bosta proġetti li saru f’dawn l-aħħar 5 snin u f’dan l-aħħar programm tas-sensiela, se jwassalhom lis-segwaċi ta’ ONE.

Minn proġetti infrastrutturali, sa proġetti rikreattivi. Minn inizjattivi soċjali għal dawk ta’ transport alternattiv. Oriana Farrugia tlaqqana’ mas-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina fejn tul il-programm jispjegalna l-ħafna xogħol li sar taħt it-tmexxija tiegħu ta’ Kunsill Lokali b’maġġoranza laburista.
QRIBEK dwar il-Kalkara jixxandar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju, fl-10am fuq ONE
