Madwar 122 sajjied illejla kien għaddej bl-aħħar preparamenti qabel jiftaħ l-istaġun għall-lampuki fil-15 ta’ Awissu.
F’Marsaxlokk għal sena oħra reġgħu ġew imbierka d-dgħajjes tas-sajjieda u l-palm għall-kannizzati. Il-Gvern ukoll ta 15,000 palma b’xejn lis-sajjieda sabiex jiġu megħjuna fis-sajda tagħhom.
Waqt it-tberik twaddbu numru ta’ kuruni tar-rużarju fid-dgħajjes tas-sajjieda b’turija ta’ devozzjoni. Max-xatt ta’ Marsaxlokk ġiet iċċelebrata wkoll quddiesa.