Se jkun il-Prinċep Charles li se jwassal lil Meghan Markle sal-artal għat-tieġ irjali. Dan hekk kif ilbieraħ tħabbar li missierha mhux se jkun qed jattendi għat-tieġ wara li kellu operazzjoni f’qalbu.
Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti lejlet it-tieġ irjali li se jsir għada s-Sibt bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Doria Ragland, omm Markle, se tiltaqa’ mar-Reġina għall-ewwel darba fil-Kastell Windsor, u magħha se jkun hemm bintha u l-futur raġel tat-tifla tagħha.
Ragland diġà tlaqqgħet ma’ uħud mill-membri tal-familja Rjali, fosthom il-Prinċep Charles u l-Prinċep William.