Il-Fondazzjoni Ghana Mission li tmexxi sptar Malti fil-Ghana tinsab impenjata bl-aħħar preparament għall-kunċert spettakolari bl-isem “The Magic of Dreams.”
Kunċert li ser isir is-Sibt 1 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran u li jinkludi fih mużika, maġija, u spettaklu ta’ dwal b’karatteristiċi mill-aktar films animati popolari mad-dinja kollha.
Il-mużika li ser tindaqq matul din is-serata tant mistenniha ser tinkludi dawk mill-films; The Lion King, Aladdin, Beauty and the Beast, Frozen, Little Mermaid, u tant oħrajn.
Dawn ser ikunu qed jindaqqu mill-Orkestra Metropolitana ta’ San Pawl taħt it-tmexxija ta’ Mro Mark Agius. Dan filwaqt li se jieħdu sehem ukoll is-St Monica Vocal Ensemble u l-iStagecoach Malta Children’s Choir ,kif ukoll diversi kantanti rinomati.
Id-dħul kollu ser imur għall-isptar HopeXChange Medical Center.
Sptar li nbena f’Kumasi, it-tieni l-akbar belt tal-Ghana minn flus miġbura minn Malta.
L-isptar li jinkludi fih 70 sodda, jieħu ħsieb tfal u nisa li n’għandhomx biżżejjed flus biex iħallsu għall-kura medika tagħhom.
L-ispettaklu jibda fis-7:00pm u l-biljetti jistgħu jinxtraw kemm mis-sit uffiċċjali ta’ Dar il-Mediterran mill-bieb.