Waslu fl-aħħar il-preparamenti għall-ħames edizzjoni tal-Karnival tas-Sajf. Dan ser isir ġewwa żewġ lokalitajiet differenti, f’San Pawl il-Baħar u Marsaskala.
Il-Karnival tas-Sajf jgħin sabiex dan l-avveniment joħroġ mill-Belt u jkun jista’ jitgawwdi mil-lokalitajiet l-oħra ukoll.
B’ kollox din is-sena ser jieħdu sehem ħdax-il karru fuq perjodu ta’ tlett ijiem.
Din l-attività qedgħa dejjem tikber tant u hekk li qedgħa ukoll tiġbed ħafna attenzjoni turistika.
Fost affarijiet oħra ġewwa San Pawl il-Baħar ser jiġ organizzati attivitajiet għat-tfal.
Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici u is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.