Fi pjazza Teatru Rjal għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għat-43 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu, festival tal-kanzunetti Maltin.
Dan il-festival, li ilu jittella’ mill-1973, huwa opportunità biex artisti jkantaw bil-lingwa Maltija. Din is-sena l-festival fetaħ għal diversi stili, b’opportunità għall-kantanti, kompożituri u awturi biex joffru produzzjoni libera iżda ta’ kwalità għolja.
Is-16-il kanzunetta ser ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra.
Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti.
Is-serata se tkun ippreżentata mill-kantawtriċi Corazón. Mistednin speċjali se jkunu Michela Galea, ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni, kif ukoll Mike Spiteri u l-Hooligan li se jingħataw r-rikonoxximent l-Għanja Li TIbqa’u anke jinterpretaw l-aħjar kanzunetti mil-karriera tagħhom.