Għada filgħaxija jsir il-Ballu tal-Qamar t’Awwissu jew il-Ballu tal-President, kif inhu magħruf ukoll, fil-Palazz Verdala b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Dan se jkun l-ewwel ballu taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono, li żammet din it-tradizzjoni li għandha żewġ għanijiet, li joffri spettaklu u divertiment u fl-istess ħin jikkontribwixxi finanzjarjament għall-fond nazzjonali tal-karità.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ġimgħa filgħodu, il-President żaret l-aħħar tħejjijiet li qed isiru biex kollox jimxi, kif mixtieq.
Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se toffri spettaklu mużikali, flimkien ma’ Happy Days Dance Studios.
Dawk li jixtiequ jattendu għal din is-serata f’atmosfera mill-isbaħ għandu jidħol fis-sit uffiċjali augustmoonball.com.