L-Imnarja tinsab viċin, festa li fiha jsir wieħed mill-akbar avvenimenti agrikoli tas-sena. Bħalissa qed ssiru l-aħħar tħejjijiet fil-ġonna tal-Buskett sabiex titkompla t-tradizzjoni annwali fejn il-bdiewa, r-raħħala kif ukoll il-poplu inġerenali jipparteċipaw bil-kbir f’ dan l-avveniment.
Huma bosta raħħala, bdiewa u dilettanti tal-agrikoltura li jkunu jistennew bil-ħerqa l-akbar wirja u l-aktar kompetizzjoni akkanita tal- prodotti agrikoli. Fl-Imnarja, l-viżitaturi jistgħu japprezzaw il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala li jaħdmu qattiegħ s-sena kollha u li jkabbru prodotti għall-ikel u jindukraw l-annimali b’ tant imħabba, għożża u kburija.
F’din il-wirja li ħadet dimensjoni nazzjonali tiġbed uċuħ ġodda li jżuruha ta’ kull sena, filwaqt li familji oħra li ilhom jaħdmu l-art u jipparteċipaw għal snin sħaħ, żammew mal-pass ta’ missirijiethom li kienu l-pijunieri tal-wirjiet tal-Imnarja.
F’ din il-wirja, jkun hemm esibituri li jtellgħu prodotti mkabbrin f’ pajjiżna u se jkun hemm ukoll kompetituri li jikkompetu f’ diversi klassijiet ta’ ħxejjex, frott, ċereali, newl jew qoton li jintużaw fl-industrija tat-tessuti. F’din l-attivita` jkun hemm diversi speċi ta’ bhejjem fosthom nagħaġ u mogħoż, baqar, żwiemel, klieb, tjur u fniek mkabbrin fl-irziezet lokali.
Kulħadd jista’ jipparteċipa f’din il-wirja billi jibbukkja għand l-uffiċjali nkarigati fl-uffiċċju ġewwa l-Għammieri Triq Ħal-Luqa, Luqa.
Il-kitba tal-Ħaxix u frott tiftaħ nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju u tagħlaq 27 ta’ Ġunju sa nofs in-nhar. L-kitba taż-żwiemel hija miftuħa u tagħlaq fi 26 ta’ Ġunju sa nofs nhar kif ukoll tan-nagħaġ u l-mogħoż hija miftuħa u tagħlaq nhar it-Tnjen 19 ta’ Ġunju. Min għandu bżonn aktar informazzjoni rigward l-attivita` jista’ jċempel fuq 22924179/4285/4130. L-aħħar informazzjoni tista’ sibha wkoll fil-paġna tagħna www.facebook.com/NisgetArtna.
L-organizzaturi tal-Wirja jistiednu l-pubbliku biex jattendu u jieħdu gost fl-atmosfera ferrieħa tal-ġonna tal-Buskett nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju mill-17.00 ‘l quddiem u l-Ħamis 29 ta’ Ġunju mis-7.00 ‘l quddiem. Se jkun hemm gabbani tal-ikel u tal-xorb.
Fl-ewwel jum mis-sitta l-quddiem ta’ filgħaxija sa nofs il-lejl ikunu esebiti l-isbaħ u l-aqwa prodotti tal-ortikoltura apparti l-parteċipazzjoni tal-banda, gruppi folkloristiċi, għannejja w oħrajn waqt li l-ħamis wara li l-ġurija tispiċċa l-aġġudikazzjoni tal-kompetizzjoni tal-bhejjem għal nofs in-nhar ,ikun hemm l-għoti tar-rigali mill-ET President ta’ Malta assistita mis-Segretarju Parlamentari.
Se jkun hemm parkeġġ għal dawk li ġejjieni minn bnadi differenti ta’ Malta, fejn se jkun hemm ħafna spazju biex tipparkja ħdejn Clapham Junction fuq in-naħa ta’ wara tal-Buskett kif ukoll fuq in-naħa l-oħra li twassal sar-Rabat u lejn Dingli Cliffs.