Nhar il-Ħadd il-Partit Laburista se jorganizza attività politika oħra li se tiġi indirizzata mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Wara li l-ewwel attività saret f’Raħal Ġdid żewġ Iħdud ilu, l-attività tal-Ħadd li ġej se ssir fiċ-ċentru Laburista f’Ħaż-Żebbuġ fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu.
Bħalissa għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet bi preparazzjoni għal din l-attività u, b’rabta ma’ dan, ONE News tkellem mas-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis.
Huwa qalli f’din il-laqgħa politika l-Mexxej Laburista se jkompli jaqsam mal-pubbliku l-viżjoni tiegħu għal pajjiżna.
Qal, “Nhar il-Ħadd, il-Prim Ministru se jkun qed jagħti d-diskors tiegħu fiċ-ċentru Laburista f’Ħaż-Żebbuġ. Id-diskors jibda għall-ħabta tal-għaxra u nofs. Għaldaqstant , inħeġġeġ lil dawk kollha biex ikunu magħna u jagħtu merħba kbira lill-Prim Ministru, Robert Abela.”