Jumejn ilu smajna bl-aħbar kiefra li l-ikona teatrali Malti, Ralph Mangion, sfortunatament miet.
Fl-aħħar messaġġ tiegħu ftit jiem qabel ma ħalliena, Mangion kien appella lin-nies sabiex jitolbu għalih hekk kif spjega li t-tobba tiegħu ddeċidew li jwaqqfu l-kimoterapija għax seta’ ikun ta’ detriment għal saħħtu. Mangion kiteb kif ħakmu l-kanċer tal-pulmun, inxtered u kompla kiber wara proċess ta’ trattament ta’ sena u nofs.
Fl-aħħar jiem tiegħu, it-tobba tiegħu kienu rrikomandawlu li għandu jgħix komdu u kemm jista’ jkun fl-inqas uġiegħ possibbli. Fuq il-post tiegħu, Ralph irringrazzja lil-familja tiegħu b’mod speċjali lil martu u lill-uliedu.
Ralph żgur mhux forsi ser jibqa’ imfakkar għall-kontribuzzjoni tiegħu mal-kumpanija MADC, fil-kunċert mużikali ‘Ġensna’ u anki drammi televiżivi.