Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju jixxandar l-aħħar programm ta’ Manicolo &Co għal dan l-ewwel staġun tiegħu.
Kull bidu fih it-tmien u wara disa’ xhur ta’ stejjer umorisitiċi u oħrajn li ma’ jitwemmnux mingħand aktar minn 200 personalita’ lokali differenti, issa jasal fi tmiemu dan il-programm li xxandar kuljum fuq ONE.

Jurgen flimkien mat-tim ippreparaw programm speċjali, itwal mis-soltu bl-aqwa siltiet u bl-aktar filmati li ntogħġbu mit-telespettaturi. Fl-aħħarnett ser jintrebħu wkoll ir-rigali l-kbar li jammontaw għal aktar minn €4,500
Manicolo &Co speċjali, jixxandar il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju fid-9pm fuq ONE.
