Illum huwa l-aħħar jum ta’ preparamenti qabel għada ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.
Bosta hija l-istennija għal dan l-avveniment t’għada anke minħabba l-fatt li l-ispettaklu jidher li se jkunu fin. ta’ kalibru għoli u l-aqwa li qatt sar fil-Kapitali Maltija.
Ta’ min ifakkar li l-attivitajiet ma jieqfux għada filgħaxija. Għada se jkun biss il-bidu ta’ sena t’attivitajiet kulturali għal kulhadd fejn apparti li t-turisti se jitpaxxew, hija opportunità unika ghalina l-poplu Malti u Għawdxi biex nidhlu u niflu ġmiel il-kapitali Maltija; il-kapitali Ewropea tal-kultura għal din is-sena.
Grazzi għal Gvern preżenti, dawn l-aħħar snin saru proġetti kbar ta’ restawr fuq diversi postijiet storiċi li għadhom jintużaw sal-ġurnata tal-lum u jaqdu funzjonijiet diversi.
Fir-ritratt: Il-faċċata tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann mixgħul bi speattklu ta’ dawl.