Fadal l-aħħar irtokki biex illejla filgħaxija jiftaħ il-Casino ta’ Dragonara. Dan sar b’investiment t’€10 miljun u li hu attrezzat bl-aqwa magni tal-logħob b’kunċetti ġodda li se jattiraw avvenimenti f’dan il-qasam u turisti li jsiefru biex ikollhom esperjenza ta’ Casino.
Waqt li l-Ministru Manwel Mallia kien qed iżur l-aħħar preparamenti ntqal li l-investiment wassal żieda ta’ impjiegi. Bħalissa l-kumpanija tħaddem 200 ħaddiem ammont li mistenni jiżdied.
Kelliem għal Casino qal li kollox sar bi strategija u riċerka b’mod li l-Casino jpoġġi lil pajjiżna fuq il-mappa fil-qasam tal-gaming. Dan billi hu wieħed li joffri żewg tipi ta’ entertainments – entertainment ta’ casino u entertainment biex dak li jkun jirrilassa xi ftit. L-Ministru Manwel Mallia stqarr li huwa f’dan l-isfond u l-ħtieġa li l-industrija tal-gaming tissaħħaħ li pajjizna għandu bżonn iħarreġ iżjed nies f’dan il-qasam.