Jinfetħu bibien is-sema fis-sħana qawwija ta’ Ħadd f’Lulju.
Hekk jista jiġi deskrit l-ispettklu l-ġmiel tiegħu, ta’ tfigħ ta’ karti sinkronizzat mal-mużika li jittella’ waqt il-marċ ta’ filgħodu tal-festa ta’ San Pawl ta’ Rabat.
Dan l-ispettaklu, li ilu jittella mill-elfejn u seba’, huwa il-mimmi t’għajnejn bosta Rabtin li jaħdmu fuq dan il-porġett
Fl-elfejn u tmintax, iż-żgħażagħ Rabtin Pawlini kisbu r-rekord nazzjonali tal-akbar show tal-karti sinkronizzat mal-mużika.
Fil-pjazza biswit il-Knisja iltqajna ma’ numru kbir ta’ żgħażagħ, li kienu qed iħejju l-aħħar irtokki għal dan l-ispettaklu.
Tkellimna ma’ Norbert Inguanez, li huwa chairperson fl-għaqda żgħażagħ Rabtin Pawlini, hekk kif spjega li sena wara oħra dejjem jippruvaw ikabbru dan l-ispettaklu mimli kuluri
Huwa qal li, “bħala xogħol jinvolvi li tibda bħal fi Frar biex tipprepara ċerti affarijiet li huma biżżejjed. Koreografija u x’mużika se tuża. Anke preparazzjonijiet relatati mas-sistema eċċ. Biex minn xahar qabel tibda timla l-karti u tara fejn tqassamhom biex ikun jista’ jinġieb fuq iz-zuntier biex ikun lest għal filgħodu.”
Is-Sur Inguanez qal li l-karti li jintużaw huma kollha biodegradabbli u jifilħu għan-nar bil-għan li jiġi mħares l-ambjent kif ukoll is-sigurtà tal-folla preżenti.
Huwa stieden lil Maltin sabiex il-Ħadd iżuru l-misraħ biswit il-Knisja ta’ San Pawl biex jaraw dan l-ispettaklu b’xita ta’ karti.
Spjega li, “huwa spettaklu kbir b’ħafna effetti, fosthom beraq, nar, karti, u bombi. Il-bqija jkunu jistgħu jgawdu l-brijju li kapaċi nagħmlu aħna Rabtin Pawlini kapaċi nagħmlu waqt spettaklu tas-soltu.”
Ritratt: Ian Noel Pace