Għaddejjin l-aħħar irtokki fuq ajruplan ġdid li mistenni jingħaqad mal-flotta tal-Air Malta fil-jiem li ġejjin.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Air Malta, il-linja nazzjonali tal-ajru tellgħet ritratt fejn jidher għaddej ix-xogħol fuq l-ajruplan tat-tip Airbus A320 Neo – li se jkun it-tielet wieħed tat-tip tiegħu mal-flotta tal-Air Malta.
Dan wara li l-ewwel A320 Neo wasal Malta s-sena l-oħra, u dan is-sajf wasal it-tieni wieħed. Issa mistenni jasal it-tielet A320 Neo fil-bidu ta’ Settembru.