Illum hija l-aħħar ġurnata tal-ajruplan 9H-AEI f’Malta. Dan l-ajruplan kien irritorna f’Malta fl-2014, wara li l-Air Malta kienet krietu lil-linja tal-ajru Messikana.
Issa dan l-ajruplan se jintbagħat f’Ostrava, fir-Repubblika Ċeka u minfloku l-Air Malta ser iġġib ajruplan ġdid tal-għamla Airbus A320neo, li mistenni jasal f’Malta fil-jiem li ġejjin.