Id-data li fiha nivvottaw tinsab qrib, ninsabu biss tliet ijiem ‘il bogħod. Għall-Prim Ministru u Mexxej Laburista l-impenji ma waqfux, fil-fatt fit-30 jum tal-kampanja, Joseph Muscat ħabbar il-proposti tal-edukazzjoni fl-MCAST, fejn hemmhekk sab jagħtuh merħba numru kbir ta’ studenti li jistudjaw f’din l-istituzzjoni edukattiva.
Il-proposti li ħabbar tista’ ssir taf aktar dwarhom billi tagħfas hawn. Bħal kull lokalità oħra li mar, il-mexxej laburista ngħata merħba mill-isbaħ f’Ħal Lija fejn hemmhekk kompla jiltaqa’ ma’ aktar nies. Huwa indirizza ukoll il-mass rally organizzat minn Nisa Laburisti f’Wied il-Għajn u l-attività politika ta’ taħt it-tinda f’Ħal Qormi.
Iżda l-ġurnata ta’ Joseph Muscat intemmet imdawwar b’numru kbir ta’ żgħażagħ fejn għamel diskors pożittiv ferm fl-aħħar attività tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.