L-aħħar ftit jiem biex tibbenefika mill-offerta tas-sena l-ġdida li qed jagħmlu bħalissa l-kumpanija tal-ajru nazzjonali Air Malta. ‘Il fuq minn 70% tad-destinazzjonijiet bi skont tal-Air Malta raw zieda ta’ 25% fil-bejgh mindu giet varata din l-offerta, meta mqabbla mas-sena li għaddiet.
Il-linja tal-ajru qed toffri opportunitajiet fantastiċi sa anke ‘l fuq minn 70% skont fuq vjaġġi Go Smart li jinkludu l-possibbilita’ li tuża bagalji bi 23 kilo li jagħmlu check in sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018. L-iskontijiet japplikaw fuq il-maġġoranza tad-destinazzjonijiet tal-Air Malta u huma validi għas-safar bejn il-15 ta’ Jannar sal-15 ta’ Marzu 2018. L-iskontijiet huma validi biss mis-sit elettroniku tal-Air Malta li huwa: www.airmalta.com
Il-Promozzjoni tgħodd għal vjaġġi lejn u minn: Vjenna, Brussel, Pariġi-Charles De Gaulle & Orly, Dusseldorf, Frankfurt, Munich, Katanja, Fiumicino, Linate, Palermo, Comiso, Amsterdam, Moscow, Zurich, Tuneż, Londra Gatwick u Londra Heathrow. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.
Żuru: https://www.airmalta.com/celebratetogether-mt, jew idħlu fil-paġna tal-facebook www.facebook.com/AirMalta għal aktar informazzjoni.