Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, permezz tal-GHRC (Korporazzjoni għar- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir), ifakkar li l-pubbliku għandu ċans sa nhar it-Tnejn, 18 ta’ Lulju 2016 biex jissottometti s-suġġerimenti tiegħu, dwar fejn jaħseb li għandu jitqiegħed il-monument nazzjonali tas-Sette Giugno.
Il-monument tas-Sette Giugno tneħħa minn Pjazza San Ġorġ sakemm saru x-xogħlijiet ta’ tisbiħ iżda qatt ma tpoġġa lura f’postu. Għal xi żmien inżamm f’maħżen u wara ħafna kritika mill- pubbliku, fis-sena 2010, tqiegħed fil-ġnien ta’ Hastings, fejn għadu hemm sal-lum.
Wara nhar it-Tnejn, il-GHRC se tkun qed tevalwa l-proposti kollha biex fil-ġranet li ġejjin tkun f’pożizzjoni li tħabbar id-dettalji.
Il-pubbliku jista’ jibgħat is-suġġerimenti tiegħu fuq ghrc@gov.mt jew jibgħat ittra bil-posta fuq l- indirizz: Monument Sette Giugno, GHRC, Triq Antonio Maurizio Valperga, il-Furjana. Wieħed jista’ wkoll jidħol fuq is-sit socialdialogue.gov.mt.