Tlesta x-xogħol fuq is-servizzi fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar fejn fil-jiem li ġejjin se jkun qed jibda l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet. Apparti minn hekk bankini li kienu affetwati waqt dan ix-xogħol inħolqu mill-ġdid u dan kollu ġimgħatejn qabel iż-żmien stipulat.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Marc Vella Bonnici rringrazzja lill-Ministru Joe Mizzi tal-għajnuna kontinwa u lill-ħaddiema tal-Water Services tax-xogħol li twettaq.