Nhar Ħadd il-Għid, l-aħħar ġurnata tal-Papa Franġisku fostna, kienet ikkaratteristikata mill-awgurju tradizzjonali ta’ Jum il-Għid, l-akbar Festa tal-Knisja. Kien għalhekk li l-aħħar darba li l-Papa deher fil-pubbliku kien waqt l-għoti tradizzjonali tal-barka magħrufa bħala l-‘Urbi et Orbi’.
Fl-aħħar messaġġ li għadda quddiem eluf kbar ta’ persuni minn madwar id-dinja kollha li kienu preżenti fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku ħeġġeġ għal dinja fejn tirrenja l-paċi kkaraterizzata minn waqfien mill-vjolenza, bil-messaġġ kien moqri mill-Arċisqof Diego Ravelli.
Il-preżenza tal-Papa kienet milqugħa b’ħafna ċapċip b’mod speċjali għall-fatt li fl-aħħar xhur kien qed jieħu kura intensiva għall-pneumonia, fejn anke fl-aħħar tal-funzjoni, għamel ġest mhux mistenni fejn dar man-nies preżenti bil-Popemobile biex isellem aktar mill-qrib lill-fidili li kien hemm fil-pjazza.
Minħabba l-kundizzjoni fraġli ta’ saħħtu, il-kelmtejn t’awgurju li qal kienu:
“Cari fratelli e sorelle, Buona Pasqua. Chiedi al maestro delle cerimonie di leggere il messaggio”