L-Enemalta xtrat l-aħħar konsenja ta’ heavy fuel oil , l-aktar żejt li jniġġeż, f’Settembru li għadda. Fuq il-programm Pjazza, il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan iż-żejt se jispiċċa minn pajjiżna u din kienet l-aħħar xirja.
Ix-xogħol fil-powerstation tlesta’ kollu u l-floating storage unit tal-LNG (liquefied natural gas) dalwaqt se jasal Malta. Fl-ewwel ftit ġranet li jasal Malta, se jkun hemm drills minn Transport Malta, b’simultazzjoni tal-agħar sitwazzjoni li tista’ tiġri.
B’ħidma ma’ esperti internazzjonali, l-istallazzjoni se tkun l-aktar waħda sigura li tista’ ssir. Wara, jsir perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, bid-dokumenti kollha jkunu pubbikati, inkluż l-istudji li saru fl-art u fuq il-baħar.