Abdi Ali Mahamed, Somalu ta’ 22 sena u li jgħix f’Raħal Ġdid qal lill-qorti li kellu l-ġuħ u seraq mobile tal-għamla Huawei għal valur ta’ €100.
Il-każ ġara fil-15 ta’ Marzu. L-ispettur Robert Vella ressaq lill-akkużat il-qorti wara li Mahamed ħarab u ġie nterċetat mill-pulizija.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannatu sentenza effettiva ta’ erba’ xhur ħabs priġunerija.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh fejn qali li kien bil-ġuħ u li ried iħallas il-kera.
L-aħħar darba ħallejtni liberu qal is-Somalu fl-awla. Għalkemm il-qorti kkunsidrat it-talba tas-Somalu, kif ukoll il-fatt li kkopera mal-pulizija u ta lura l-mobile, minħabba l-fatt li kien reċediv, kellu jingħata sentenza ta’ ħabs.
L-avukat Denise Sultana dehret għall-akkużat.