Eks-xufier tal-Arriva ngħata l-aħħar ċans biex jegħleb il-vizzju tad-droga wara li nstab ħati li seraq aktar minn €2,000 mingħand kumpanija. Andre Borg ta’ 30 sena mill-Mellieħa tpoġġa fuq probation wara li qarraq bil-kumpanija Arriva.
Meta ġie biex jiddeċiedi dwar dan il-każ, il-Maġistrat Neville Camilleri ħa inkunsiderazzjoni tal-fedina tal-akkużat kif ukoll ta’ stqarrija li għamel rappreżentant tal-Arriva li spjega kif Borg ħallas lura l-flus li kien seraq.