Il-Ministeru tal-Edukazzjoni reġa’ qed jorganizza klassijiet tar-revizjoni bla ħlas għal dawk l-istudenti li m’għaddewx mis-suġġetti ewlenin tal-O Levels.
Iġifieri l-Matematika, il-Malti, l-Ingliz, il-Bijoloġija u l-Fiżika. L-applikazzjonijiet għal dawn il-lezzjonijiet se jagħlqu għada fis-siegħa ta’ wara nofsinhar, biex fl-erbgħa u għoxrin ta’ Lulju jibdew il-lezzjonijiet