Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump għamel l-aħħar appell tiegħu għall-votanti biex jappoġġjaw il-partit Repubblikan, hekk kif illum qed issir elezzjoni li qed tkun meqjusa bħala referendum għall-presidenza tiegħu.
L-abbiltà tiegħu li jiggverna fl-aħħar sentejn tat-terminu tiegħu se jiddependi fuq ir-riżultat ta’ dawn l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu – l-eżitu tal-435 siġġu fil-kungress li 35 minnhom huma riżervati għas-senaturi.