L-aħbar li se jkollhom tarbija, ħafna drabi tkun aħbar mill-isbaħ, liema aħbar tibdilek ħajtek. Iżda dan ma kienx il-każ għal omm ta’ sebat itfal li ma din l-aħbar wetqet suwiċidju fil-preżenza tar-raġel u tfal tagħha. L-omm għamlet dan l-att fil-mument li saret taf li reġgħet se jkollha tarbija oħra, jiġifieri t-tmien wild tagħha.
Carla Murtagh, kienet iddeċidiet li tagħmel abbort fil-28 ta’ Ottubru iżda ftit wara bidlet il-ħsieb tagħha u ħadet id-deċiżjoni li żżomm it-tarbija.
Disa ġranet wara, l-omm ta’ 34 sena, li kienet tbagħti minn dipressjoni, nstabet mgħallqa mir-raġel tagħha Matthew li tela’ fis-sular ta’ fuq tad-dar biex jara jekk il-mara kienx ġralha xi ħaġa hekk kif kien hemm ħafna kwiet.
Il-Qorti ta’ Birmingham spjegat li l-omm ittieħdet l-isptar iżda sfortunatament mietet. It-tobba għamlu operazzjoni ċesarja biex jipprovaw isalvaw it-tarbija ta’ 25 ġimgħa iżda twieldet bla ħajja. Ir-raġel tagħha spjega li dakinhar, il-mara kellha burdata ħażina iżda ma ra xejn differenti fl-għaġir tagħha. Huwa qal li l-omm kienet ħadet xokk meta ħadet l-aħbar li qed tistennija tarbija oħra hekk kif dan ma kienx pjanat.
Mill-inkjesta ħareġ li l-mewt ta’ din l-omm kien propju suwiċidju u kienu l-bosta li offrew l-għajnuna tagħhom lir-raġel li se jkollu fil-kustodja tiegħu sebat itfal.