Fi stqarrrija, il-Partit Laburista qal li l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech hu biss aġir ta’ min irid jipprova jimmanipula l-istituzzjonijiet u ma jħallihomx jaħdmu f’serenità.
Intqal li, għall-Kap tal-Oppożizzjoni, il-kariga tiegħu tfisser poter biex jindaħal u jagħmel pressjoni mhux xierqa lill-Qorti u lill-Korp tal-Pulizija. Ġie sostnut li l-Oppożizzjoni trid tiddetta lill-istituzzjonijiet.
Kieku dawn l-istess nies ikunu fil-Gvern ikunu huma li jiddeċiedu min jiġi investigat.
L-aġir tal-Oppozizzjoni qed inaqqas mill-fiduċja li n-nies ikollha jekk kemm-il darba l-istituzzjonijiet jimxu mad-daqqa tat-tanbur tagħha.
“Id-dmir tal-Gvern hu li jipproteġi l-indipendenza tal-istituzzjonijiet,” temm jgħid il-Partit Laburista.