Ir-raġel li wettaq l-attakk f’Las Vegas spara u darab uffiċjal tas-sigurtà sitt minuti qabel ma wettaq l-attakk.
Il-Pulizija inizjalment qalu li l-uffiċjal tas-sigurtà interrompa lil Stephen Paddock waqt li kien qed iwettaq l-attakk.
Din l-aħbar jaf tqajjem ftit mistoqsijiet dwar kif il-Pulizija ma sabitx lil Paddock qabel.
L-attakk ħataf il-ħajja ta’ 58 persuna u qed jitqies l-agħar wieħed fl-istorja riċenti tal-Istati Uniti.