Is-sieħba tar-raġel li wettaq l-attakk il-ġimgħa li għaddiet fi Franza kienet magħrufa mas-servizzi tas-sigurtà. Sors qrib tal-investigazzjoni qal mal-aġenzija tal-aħbarijiet, AFP li l-mara ta’ tmintax-il sena, li tinsab arrestata, uriet sinjali ta’ radikalizzazzjoni.
Erba’ persuni nqatlu u ħmistax oħra ndarbu fl-attakk li seħħ tlett ijiem ilu.
L-agressur ta’ ħamsa u għoxrin sena, kien fuq lista ta’ estremisti imma ġie deċiż li ma kienx ta’ theddida.