L-aggressur li qatel żewġ nisa u darab ħamsa oħra meta daħal jispara fi studio tal-yoga fi Florida, kien ippubblika numru ta’ filmati razzisti u ta’ mibegħda fil-passat.
Dan ħareġ mill-investigazzjonijiet l-għada li seħħ il-każ, meta wara li spara fuq in-nisa, l-aggressur – Scott Paul Beierle t’erbgħin sena, qatel lilu nnifsu wkoll.
Il-Pulizija qalet li r-raġel kien akkużat ukoll għal diversi drabi f’każi ta’ fastidju fuq in-nisa.
L-investigazzjonijiet qed jistabilixxu jekk Beierle kellux xi relazzjoni man-nisa li qatel.