Tkompli s-saga ta’ Tonio Fenech fl-Iżvezja u f’pajjiżna.
Falcon Funds, li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur, kienu investigati mill-Aġenzija Svediża għall-pensjonijiet dwar allegat mod frodulenti li bih għaddew flus ta’ pensjonanti minn fond privat għal dan il-fond. L-eks Ministru Nazzjonalista qal li huwa konxju tal-ħsara li saret lis-servizzi finanzjarji bil-każ, iżda fl-istess ħin jibqa’ jsostni li hu u l-fond li tiegħu hu direttur imxew tajjeb.
F’intervista esklussiva għal One News, l-Agenzija Svediża irreagixxit għar-reazzjoni li ta Tonio Fenech. Qalet li se tagħmel minn kollox biex tieħu flusha.
Segwi l-intervista.