L-Aġenzija tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea qalet li l-ewwel tilqim kontra l-COVID-19 mistenni jibda jsir fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla f’dak li ddeskriviet bħala xenarju ottimist għall-Unjoni Ewropea.
Wara l-aħbar pożittiva minn Pfizer u BioNTech li l-vaċċin qed jagħti protezzjoni ta’ disgħin fil-mija kontra l-COVID-19, sorsi fl-Ewropa qalu lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-istess vaċċin mistenni jiġi awtorizzat biex jintuża fl-Ewropa fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Mill-bidu tal-pandemija, l-Ewropa tilfet aktar minn tliet mija u ħdax-il elf persuna għall-COVID-19, u rreġistrat mat-tlettax-il miljun infezzjoni.