L-aġenzija internazzjonali DBRS Morningstar għal darba oħra ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (High) stabbli.
L-esperti internazzjonali li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd sostnew li t-tkabbir ekonomiku, fl-aħħar xhur, baqa’ wieħed b’saħħtu. Ġie nnotat kif fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, l-ekonomija kibret b’6% u dan seħħ l-aktar permezz tas-setturi tat-turiżmu u tas-servizzi.
B’dan huwa aqwa minn dak li kien imbassar fil-bidu ta’ din is-sena.
DBRS qalet ukoll li l-ekonomija Maltija se tkompli tikber b’ritmu aqwa mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li rrimarkaw ukoll fuq id-deċiżjoni tal-Gvern li jkompli jżomm il-prezzijiet tal-enerġija u fuels stabbli, l-esperti jemmnu li d-defiċit se jkompli jitnaqqas.
B’dan minbarra li kkummentaw li l-piż tad-dejn nazzjonali jikkompara ferm tajjeb meta mqabbel mal-pajjiżi Ewropej u huwa kkontrollat.
B’rabta ma’ din l-aħbar irreaġixxa l-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali, li sostna li dan ir-riżultat ingħata hekk kif l-ekonomija Maltija qed tkompli tikber aktar minn pajjiżi oħra.
Dr Abela nnota li l-aġenzija internazzjonali temmen ukoll li permezz tal-politika stabbli se tgħin biex id-defiċit u d-dejn ta’ pajjiżna.
Malta's A high rating has just been confirmed by DBRS on account of our country's economy continuing to grow much faster than our peers, defying experts' expectations once again. They believe our deficit and debt will decrease on the back of our stable policy environment. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 12, 2024