L-Aġenzija Identità ċaħdet kategorikament l-allegazzjonijiet ta’ involviment fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ rejds li saru fil-Marsa u li ġie allegat li tali allegat żbalji li saru kienu riżultat tal-allegat każ dwar indirizzi frodulenti.
Dan b’rabta ma’ rapporti li dehru fil-midja wara konferenza mtella’ mill-Partit Nazzjonalista fil-jiem li għaddew, meta l-istess partit tefa’ dubji ċari mingħajr ebda bażi wara li illinkja żewġ każi li m’għandhomx x’jaqsmu.
Fi stqarrija, l-aġenzija spjegat id-diżappunt b’dawn l-allegazzjonijiet bla bażi u sostniet kif dawn joħolqu dubji fost il-pubbliku u jkomplu jikkontribwixxu għal konfużjoni.
Tenniet kif tinsab kommessa fil-ħidma tagħha biex tkompli ssaħħaħ il-proċessi u s-servizzi tagħha bl-ogħla standards u integrità.