L-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati qed tikkopera mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-preżervazzjoni tal-esebiti fil-Qorti.
Dan intqal fi stqarrija mill-istess aġenzija. Din l-istqarrija ħarġet hekk kif skont rapporti fil-midja lokali rrapportaw li laptop f’każ ieħor ma nstabx fil-kamra tal-esebiti.
F’din l-istqarrija ntqal li l-aġenzija qed tikkopera mal-Pulizija u mal-Bord Amministrattiv ta’ Revizjoni li nħatar mill-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.
Dan biex jeżamina l-proċess ta’ kustodja u preservazzjoni tal-oġġetti esebiti waqt proċeduri legali.