Għidnilkom. Ma’ Dybala qed tinħema xi ħaġa li se ġġibu lejn pajjiżna sikwit. Saħansitra fuq il-facebook tiegħu il-kuntatt f’pajjiżna mal-aġent tal-plejer tella’ r-ritratt li ppubblikajna lbieraħ mal-President tar-Repubblika u qal li f’pajjiżn għadda jiem sbieħ.
“Li ma jintesewx,” kiteb Di Lello li fl-imgħoddi lagħab f’Malta ma’ Birkirkara u Sliema.
Iżda, iktar importanti minn hekk kiteb li dan hu “l-bidu ta’ avventura straordinarja.” Nifhmu li se tkun straordinarja f’ħafna aspetti.