L-Aġent Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne lbieraħ żar l-Isptar tal-Animali ġewwa Ta’ Qali.
L-Aġent Prim Ministru ġie milqugħ minn Keith Attard, wieħed mid-diretturi tal-istess sptar. Dan l-isptar huwa miftuħ 24 siegħa kuljum u fih qed isiru interventi uħud minnhom ikkumplikata fuq annimali li qabel ma kinux isiru f’pajjiżna.
L-isptar għandu teatri tal-operazzjonijiet mgħammra b’dak kollu neċessarju għall-operazzjonijiet fuq l-annimali, faċilitajiet ta’ X-rays u testijiet tad-demm. Hu wkoll attrezzat bi kmamar fejn jinżammu u jistrieħu l-annimali wara xi intervent.
Ritratti: MFH