Ftit wara l-ofsinhar, il-Forzi Armati ta’ Malta miċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ irċevew sejħa għall-għajnuna mingħand dgħajsa wara li raġel li kien qed jagħmel xogħol abbord, kien weġġa’ gravi f’inċident li seħħ abbord.
L-operazzjoni bdiet b’mod immedjat sabiex ir-raġel jiġi assistit. Hu nġieb Malta mill-AFM Melita fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.