Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw persuna li ndarbet waqt li kienet fuq dgħajsa tas-sajd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara li daħal rapport li kien hemm bżonn ta’ evakwazzjoni ta’ persuna minn fuq dgħajsa tas-sajd wara li membru tal-ekwipaġġ ġarrab xi ġrieħi abbord.
Minn hemm il-Forzi Armati ta’ Malta dlonk telqu għaż-żona fejn kienet tinsab il-persuna midruba fejn din ittieħdet għand tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Il-persuna midruba qed tingħata l-kura kollha meħtieġa bil-kundizzjoni għadha mhux magħrufa.