Dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 43 migrant li kienu bejn sema’ u ilma, fosthom tnax-il mara u żewġt itfal.
Fi stqarrija l-Forzi Armati ta’ Malta spjegaw kif saret operazzjoni ta’ salvataġġ u l-migranti ngħataw assistenza skont il-bżonnijiet li kellhom fejn sfortunatament il-kundizzjoni ta’ persuna minnhom marret għall-agħar u aktar tard mietet.
Il-migranti l-oħrajn qed jingħataw l-assistenza medika neċessarja.