Il-bagalja suspettuża li tħalliet fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt, mhux perikoluża u mhux theddida fuq is-sigurtà tal-persuni li hemm fil-viċinanzi. Dan wara li t-Taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta investigat din il-bagalja, li nstabet ħdejn l-Istitut Kultura Taljan fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta.
Uffiċjali tal-Pulizija mill-Għassa tal-Belt raw din il-bagalja suspettuża u minnufih ċemplu lit-Taqsima tal-isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta għal aktar stħarriġ.
Ftit tal-ħin wara kien ikkonfermat li l-bagalja ma kienet ta’ ebda theddida.