B’intervent f’waqtu mill-Forzi Armati ta’ Malta, ħames bugħaddasa, li sabu ruħhom f’diffikultà f’baħar imqalleb kawża ta’ riħ qawwi li ħakem l-inħawi, ġew salvati milli jegħrqu.
Jirriżulta li kien proprju għall-ħabta ta’ nofsinhar tat-Tlieta meta l-għaqda tas-Salib l-Aħmar talbet l-assistenza tal-Forzi Armati fl-akkwati ta’ Wied iż-Żurrieq, fil-limiti tal-Qrendi.
Fl-operazzjoni delikata, il-qawwiet militari wettqu operazzjoni delikata, permezz tat-taqsimiet tagħha, dik marittima u tal-ajru, fejn intuża ħelikopter u dinghy. Żewġ bugħaddasa ġew salvati mill-ħelikopter u l-bqija permezz tad-dinghy.
Fortunatament ħadd minnhom ma weġġa’.