Żagħżugħ Ukren ta’ 26 sena tilef ħajtu wara li għereq f’baħar imqalleb f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin fix-Xatt tal-Exciles, f’Tas-Sliema.
Ġara li ż-żagħżugħ Ukren li jgħix San Ġiljan, waqa’ l-baħar fejn żewġ ġuvintur oħra, wieħed ta’ 26 sena u l-ieħor ta’ 25 sena it-tnejn Ukreni jgħixu San Ġiljan, qabżu għalih iżda minkejja li ppruvaw ma setgħux jarawh minħabba l-baħar imqalleb bil-konsegwenza li spiċċaw indarbu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Fuq il-post intalbet l-assisstenza tal-Forzi Armati sabiex jinstab ir-raġel l-ieħor fejn ftit wara li nstab sfortunatament ġie ċertfikat mejjet ftit ħin wara.
Aktar tard, l-irġiel ta’ 26 sena u ta’ 25 sena ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Y. Micallef Stafrace LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.