Spanjola se tkun qed tiġi evakwata minn fuq bastiment tal-Open Arms dan minħabba raġuni medika.
Hi, li hi parti mill-ekwipaġġ, se tkun qed tinġieb Malta fil-ħin li ġej mill-Forzi Armati ta’ Malta fejn se tkun qed tiġi akkumpanjata minn raġel Spanjol li hu wkoll parti mill-ekwipaġġ ta’ fuq il-bastiment fejn se jiddaħħlu Malta f’bażi marittima.
Minn hemm hi se tkun qed tittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.