Jekk għandek xi parti minn darek mhux konformi mal-liġi preżenti, l-Awtorita tal-Ippjanar llum ħabbret li qed tagħtik sentejn cans biex tirregolarizza ruħek. Hija opportunità unika li se telimina problemi relatati ma’ bejgħ tal-propjetà, iżda se tfisser ukoll li wara dawn is-sentejn, jibda infurzar strett għaliex l-awtorità mhijiex se tibqa’ tagħlaq għajnejha għall-abbużi.
Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Deborah Schembri u Martin Camilleri, li qed imexxi kumitat li twaqqaf apposta.
Segwi l-intervista għal dettalji dwar l-avviż legali.
https://www.youtube.com/watch?v=c3oDMAeUCQQ