L-ogħla Qorti fl-Indja għadha kif iddikkjarat li l-adulterju mhux se jibqa’ jitqies bħala reat kriminali. Dan wara li tneħħiet liġi ta’ 158 sena li kienet tqis lill-mara bħala propjeta ta’ żewġha.
Sa qabel illum, kull min kellu relazzjoni barra ż-żwieġ kien jitqies bħala kriminal.
Din hija t-tieni liġi antika li m’għadhiex valida fil-pajjiż hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu, sess bejn persuni gay sar legali fl-Indja.