Fost l-ewwel reazzjonijiet għar-riżultat storiku tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ din is-sena kien hemm dik taċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, il-Perit Carmel Cacopardo rringrazzja lill-votanti kollha li fdaw lil dan il-Partit.
Żied jinnota wkoll li kien hemm iktar votanti mis-soltu li assoċjaw ruħhom mal-politika tal-mibgħeda, u dan hu ta’ tħassib kbir.
Hawnhekk appella biex il-politika Maltija tibqa’ taħdem biex tindirizza l-biża’ b’mod li ma jonqos qatt is-sens ta’ umanità u solidarjetà.