L-Alternattiva Demokratika kkonfermat li l-idea ta’ referendum propożittiv li qed jipproponi Simon Busuttil, tista’ tfisser ukoll referendum dwar il-kaċċa.
Referendum bi proċess iktar faċli minn dak li wassal għal referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa fl-2015. Tant li tħassib dwar dan diġa’ esprimitu l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti. Meta rreaġixxa fis-Siġġiewi l-Ħadd filgħodu Simon Busuttil kkonferma li jrid din it-tip ta’ liġi.
Għal dan ireaġixxiet l-Alternattiva Demokratika li qalet li b’referendum propożittiv iċ-ċittadini jistgħu jipproponu liema liġijiet iridu huma, bl-uniċi eċċezzjonijijiet ikunu t-tassazzjoni u s-sigurtà. Iffaċjat bi tħassib dwar din il-proposta Busuttil prova jintgħoġob mal-kaċċaturi billi qal li fir-referendum dwar il-kaċċa vvota magħħhom anke jekk f’dik il-kampanja qatt attent li ma jikkummentax.
Xi ħaġa li l-Alternattiva ddeskriviet bħala ipokrezija. Fl-aħħar jiem il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti l-FKNK qalet li l-introduzzjoni ta’ “referendum propożitorju” jista’ jintuża bħala mezz ieħor biex jabolixxi n-namra tradizzjonali soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib mill-gżejjer Maltin.
L-FKNK qalet dan b’rabta ma’ dak li qal il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fejn sostniet li ma kinitx qed tistenna proposta bħal din mill-PN.