L-Arġentina mhux se tillegalizza l-abort fl-ewwel 14-il xahar tat-tqala. Dan wara 38 vot kontra fis-Senat, u 31 vot favur.
Dan ifisser li l-abort se jkun legali biss f’każi ta’ stupru, jew f’każi fejn it-tqala stess qed tipperikola ħajjet l-omm.
Waqt it-teħid tal-vot, kien hemm diversi dimostrazzjonijiet barra l-Parlament.
Intant, l-abort huwa legali fil-Kuba u fl-Urugwaj